żwieġ furzat
View definition in:
Malteseforma ta' vjolenza kontra n-nisa li timplika vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet fundamentali, u in partikolari l-integrita' fiżika, is-saħħa fiżika u mentali, sesswali u riproduttiva, edukazzjoni, ħajja privata, liberta' u awtonomija. L-irġiel u s-subien li huma vittmi ta' żwieġ furzat jiffaċjaw ħafna vjolazzjonijiet simili tad-drittijiet tagħhom. La l-kultura, kostum, reliġjon, tradizzjoni u lanqas l-hekk imsejjaħ "unur" ma jiġġustifika vjolazzjonijiet bħal dawn. Il-karatteristika definittiva ta' żwieġ furzat hu n-nuqqas ta' kunsens ta' minn lanqas wieħed miż-żewġ partijiet. Żwieġ fejn (mill-anqas) wieħed mill-partijiet mhuwiex liberu li jtemm iż-żwieġ jew li t/jitlaq lil żewġha/martu hu wkoll żwieġ furzat.
Additional notes and information
URI:
https://www-s.eige.europa.eu/taxonomy/term/1136?lang=mtFiled under: